Għawdxi, residenti ix-Xewkija, tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li fit-2 t’Awwissu f’residenza fi Triq il-Ġojjin, f’Kerċem, huwa kkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-partner tiegħu, ikkaġuna biża li ser tintuża vjolenza konriha u li hedded lill-istess persuna billi qabad arma li taqta’ u bil-ponta.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu. It-talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu ma ġietx milquha u l-kawża ġiet differita għas-6 t’Awwissu sabiex tingħata is-sentenza
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>