John u Gail Kelly fortunatament irritornaw lura lejn pajjiżhom, l-Iskozja, iżda l-istorja tagħhom setgħet kienet xort’oħra.
Il-Ħadd li għadda l-koppja Brittannika inħasdet minn mewġa li ħatfithom minn fuq il-blat u kaxkrithom fil-baħar.
F’dawk li dehru bħala mumenti interminabbli, hu li jbati wkoll mill-ażma u l-anġina, jgħid li ra ħajtu għaddejja minn quddiem għajnejh waqt li jittama li l-kumpanija tal-assigurazzjoni tagħti xi ħaġa lil martu biex tkompli tgħix mingħajru.
Net News iltaqa’ ma’ John u Gail Kelly, imma wkoll ma’ wieħed mill-eroj li rriskja ħajtu biex salvahom; Jeffrey Schembri.