Lokali

L-Alan Kurdi jiddikjara li ġej lejn Malta … skiet mill-Gvern Malti

Kelliema għall-bastiment Alan Kurdi, li jinsab mgħobbi b’40 immigrant, iddikjarat li se jibdew ibaħħru lejn Malta. Filfatt matul il-lejl resqu ftit ‘il barra mill-ibħra territorjali Maltin.

Madankollu l-Gvern Malti għadu sieket u s’issa ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali li tiċħad jew tikkonferma dak li ngħad mill-Alan Kurdi.

Għall-kuntrarju, il-Gvern Taljan permezz tal-Ministru Matteo Salvini għalaq il-portijiet u wissa’ lill-istess bastiment biex ma jersaqx lejn l-ibħra Taljani. Kien hawn l l-Alan Kurdi dawwar lejn Malta.