Il-captain tat-tim nazzjonali Arġentin Lionel Messi ġie sospiż għal tliet xhur mill-futbol internazzjonali wara li akkuża lil Copa America b’korruzzjoni. Messi ġie mmultat ukoll madwar €45,000 mill-CONMEBOL li hi l-assoċjazzjoni responsabbli mill-futbol fl-Amerika ta’ Isfel. Hu għandu sebat ijiem biex jappella.
Messi tkeċċa fir-rebħa li l-Arġentina għamlet fuq iċ-Ċili bl-iskor ta’ 2-1 fil-logħba għat-tielet u r-raba’ post. Wara l-logħba, hu kien qal li l-Copa America hi rranġata biex tirbaħ il-Brażil, il-pajjiż li eventwalment rebaħ il-kompetizzjoni wara li kienu għelbuhom fis-semifinali.
L-attakkant ta’ Barcelona se jitlef il-logħbiet ta’ ħbiberija kontra ċ-Ċili, il-Messiku u l-Ġermanja li se jintlagħbu f’Settembru u Ottubru. Messi hu wkoll sospiż għall-ewwel impenn tal-Arġentina mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’Marzu minħabba l-karta l-ħamra fl-aħħar logħba fl-inċident ma’ Gary Medel. Wara l-logħba, Messi kien assenti miċ-ċerimonja tal-midalji.
//= $special ?>