L-Ajruport ta’ Heathrow ħabbar li nhar it-Tnejn u t-Tlieta se jikkanċella madwar 170 titjira. Dan wara li eluf ta’ ħaddiema ġew miċħuda offerta li l-paga tagħhom tkun riveduta.
Il-Union Unite qalet li 88% tal-membri tagħha, madwar 4,000 – li jinkludu gwardji tas-sigurtà, pumpieri u inġiniera – ivvotaw biex jirrifjutaw il-ftehim.
L-istrajk mistenni jibda nhar it-Tnejn u huwa ppjanat li jdum għal 48 siegħa. Il-Union wissiet lill-ajruport kontra ħlas ta’ miljuni f’kumpens lill-linji tal-ajru għat-titjiriet ikkanċellati minflok tintuża l-flus biex tiġi solvuta din it-tilwima.
Uffiċjal tal-istess union qal li jekk l-istrajk pjanat isir, dan se jiswa madwar 4.6 miljun sterlina.
//= $special ?>