Il-President tal-Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista Tarxien Rudolph Marmara, flimkien mal-Kunsillier Lokali tal-PN f’Ħal Tarxien Ismael Dalli u Anabelle Marmara, jesprimu solidarjetà mal-attivisti żgħażagħ li ġew aggrediti u insultati dalgħodu waqt li kienu qed jsemmgħu leħinhom kontra l-qerda bla sens ta’ 500 siġra, l-jogging track u l-open air gym f’Santa Luċija.
Fl-istess waqt, ifakkru li meta dan il-proġett bi spiża ta’ €90,000 ġie inawgurat fl-2017 mill- Gvern, imkien ma ntqal li ħames xhur wara kellha titressaq applikazzjoni biex dan il-proġett jinkines minħabba l-proġett tal-underpass.
Il-Gvern bl-aġir arroganti tiegħu baqa għaddej romblu minn fuq ir-residenti ta’ Ħal Tarxien, Santa Luċija u Raħal Ġdid li ta’ kuljum jużaw dawn l-inħawi. Huwa ta’ għajb li wieħed mill-ftit postijiet li jservu ta’ rilassament u ta’ pulmun għar-residenti tal-inħawi jiġi meqrud hekk, mingħajr biss ma jiġu kkonsultati l-istess residenti u l-Kunsilli Lokali tagħhom.
//= $special ?>