Internazzjonali

Tkompli t-tensjoni f’Hong Kong

Diversi dimostranti nġabru f’Hong Kong għad-disa’ tmiem il-ġimgħa konsekuttiva fost tensjoni kontra l-awtoritajiet. 

Gruppi kbar ta’ nies inġabru fid-distrett ta’ Mong Kok b’ilbies protettiv għal marċ ta’ protesta.

Dawn il-gruppi ta’ oppożizzjoni mistennija jkomplu bid-dimostrazzjonijiet il-Ħadd filwaqt li t-Tnejn mistenni jsir strajk madwar il-belt kollha.  Uħud mid-dimostranti jridu li l-mexxej ta’ Hong Kong Carrie Lam tirriżenja, u qed jitolbu għal aktar demokrazija. 

L-armata Ċiniża ħarġet twissijiet dwar l-inkwiet li dejjem qed jikber. Dawn id-dimostrazzjonijiet, li ilhom għaddejjin għal xahrejn sħaħ, jidher li ma hemm ebda sinjali li se jonqsu, biż-żewġ naħat jibqgħu jtennu l-pożizzjoni tagħhom.