Lokali

Tlett itfal irrappurtati nieqsa

Għadhom ma nstabux it-tlett itfal li ġew rappurtati nieqsa mill-Pulizija tlett ijiem ilu.

Ilbieraħ fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, intqal li l-bniet, li jisimhom Janalise Camilleri, Vanessa Balog, u Hayley Mamo, dehru l-aħħar f’Santa Venera.

Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni  jista’ jgħaddiha, anki b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.