Lokali

40 immigrant jiddaħħlu f’Malta … il-wasliet jaqbżu l-1,150 mill-bidu tas-sena

L-immigranti abbord il-bastiment Alan Kurdi, li jgħoddu madwar 40 immigrant, iddaħħlu Malta wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat aċċetta dan.

Fost dawk abbord kien hemm ukoll tifel ta’ ftit snin li għandu ferita minn arma tan-nar wara li allegatament sparaw fuqu.

Dan wara li kelliema għall-għaqda mhux governattiva Sea Eye, li tmexxi l-Alan Kurdi, fl-aħħar jiem iddikjarat li l-Kaptan kien se jdawwar ir-rotta lejn Malta.

Il-bastiment iddawwar lejn Malta wara li l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tal-pajjiż, bid-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini wissa lill-bastiment biex ma jersaqx lejn iż-żona marittima Taljana u minflok, imur lura lejn il-Libja bl-immigranti b’kollox.

Dan minkejja li l-bastiment kien jinsab ferm eqreb ta’ Lampedusa, filwaqt li Malta kienet madwar 20 siegħa ta’ navigazzjoni bogħod mill-pożizzjoni tiegħu.

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat stess li fuq Twitter ħabbar li kien aċċetta t-talba biex jiddaħħlu f’Malta. B’hekk l-ammont ta’ immigrant li ddaħħlu f’Malta mill-bidu tas-sena issa hu ta’ kważi 1,150.

Malli waslitilhom din l-aħbar, dawk abbord infexxew f’għajjat ta’ ferħ.

Sadattant fl-aħħar sigħat komplew il-wasliet fil-Mediterran, b’29 immigrant li ddaħħal f’Lampedusa matul il-ġurnata tas-Sibt.

Dan waqt li s-Sindku ta’ Valencia ħabbar li lest jilqa’ 123 immigrant li jinsabu abbord il-bastiment tal-Open Arms.

Minn fuq dan il-bastiment Spanjol s’issa ġew evakwati żewġ nisa tqal u qariba ta’ waħda minnhom li kienet waslet biex twelled.

Kien hemm ukoll żvilupp b’rabta mal-bastiment Ocean Viking, immexxi mill-għaqda mhux governattiva SOS Mediterranee u t-Tobba mingħajr Fruntieri.Dan hekk kif il-bastiment se jerġa’ jibda jopera ħidmietu wara li kien ilu xhur wieqaf fil-port ta’ Marsilja. L-NGO li tmexxieh diġa’ ddikjarat li mhix lesta tieħu l-ebda immigrant salvat fuq il-baħar lura lejn il-Libja.

Il-bastiment Alan Kurdi, li abbord għandu madwar 40 immigrant, mistenni jiddaħħal Malta suppost biex l-immigranti jitqassmu fost diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Dan wara li kelliema għall-għaqda mhux governattiva Sea Eye, li tmexxi l-Alan Kurdi, iddikjarat li l-Kaptan kien se jdawwar ir-rotta lejn Malta. Fost dawk abbord hemm ukoll tifel ta’ ftit snin li għandu ferita minn arma tan-nar wara li allegatament sparaw fuqu fil-Libja.

Dan wara li l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tal-pajjiż, bid-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini wissa lill-bastiment biex ma jersaqx lejn iż-żona marittima Taljana u minflok, imur lura lejn il-Libja bl-immigranti b’kollox.

Dan minkejja li l-bastiment kien jinsab ferm eqreb ta’ Lampedusa, filwaqt li Malta kienet madwar 20 siegħa ta’ navigazzjoni bogħod mill-pożizzjoni tiegħu.

Il-fatt li dawn se jkunu qed jiddaħħlu f’Malta tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter.