Iż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-ħalib ser jagħmluha iktar diffiċli għall-poplu Malti u Għawdxi, b’mod speċjali l-pensjonanti u s-single-parents, kif ukoll dawk bi dħul baxx.
Stqarr dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’artiklu fil-gazzetta The Malta Independent fejn innota li l-poplu dejjem iktar qed iħoss li l-Gvern Laburista qed jonqsu.
Innota wkoll li t-tnaqqis ekonomiku qed jinħass minn diversi setturi, partikolarment dawk bi dħul baxx u negozji żgħar.
Adrian Delia qal li n-nies jinsabu rrabbjati dwar il-qerda tal-ambjent tagħna, l-aktar, it-tqaċċit tas-siġar. Pajjiżna qed ibati minn kostruzzjoni żejda u nuqqas ta’ infurzar.
Saħaq kif anke s-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna qed jiffaċċja l-akbar theddida mit-twaqqif tiegħu fl-aħħar tas-snin 80. Dan b’riżultat tal-korruzzjoni u l-ħsara li saret lill-istituzzjonijiet lokali fl-aħħar sitt snin.
Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista nieda proċess ta’ riforma interna, li qed jieħu ħsiebha Louis Galea. Saru wkoll diversi sejħiet għal dawk kollha li jixtiequ li jkunu parti mir-riforma fil-Partit Nazzjonalista u aktar u iktar riforma fil-pajjiż.
Adrian Delia ħabbar ukoll li qed issir ħidma fuq id-dokument tal-Partit Nazzjonalista ta’ qabel il-baġit … dokument li se jinkludi proposti alternattivi għal dawk ippreżentati mill-gvern dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista ser iniedi ukoll eżerċizzju estensiv dwar l-użu tal-midja soċjali fis-soċjetà tagħna waqt li bdiet il-ħidma għall-Festi tal-Indipendenza ta’ din is-senaAdrian Delia fakkar ukoll li s-sena d-dieħla huwa il- 140 anniversarju tal-Partit Nazzjonalista, anniversarju li se jkun ta’ opportunita li biex jisaħħaħ il-Partit u jkun żgurat li jkun fl-aħjar forma possibbli biex jgħin l-pajjiż jimxi ‘l quddiem.
//= $special ?>