Ħaddiem tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni kellu jagħmel għaxar punti f’riġlu wara li sofra tiċrita waqt li kien qed jiġbor borża taż-żibel mix-xatt ta’ Tas-Sliema.
L-inċident seħħ meta l-ħaddiema ta’ Clean Malta kienu qed inaddfu l-inħawi tas-Surfside. L-impjegat intlaqat minn oġġetti jaqtgħu li ntefgħu għar-rimi.
Kienu l-membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar l-ewwel li taw l-għajnuna lill-impjegat, li eventwalment ittieħed għal iktar kura.
Fi stqarrija, Clean Malta appellat għar-rispett lejn il-ħaddiema u fakkret li wieħed għandu joqgħod attent li dak l ijarmi ma jkunx ta’ periklu għal ħaddieħor.
//= $special ?>