Raġel ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ se jibqa’ taħt arrest wara li nstab ħati li ffroda kumpanija li kien jaħdem magħha.
Jonathan James Borg wieġeb mhux ħati li qarraq b’kumpanija oħra li kellha tagħmel xi ħlas lil-kumpanija fejn kien jaħdem. Dan billi, minflok għadda n-numru tal-kont bankarju tal-kumpanija, minflok għaddielhom in-numru tiegħu ta’ Revolut biex fuqu għamlu l-ħlas.
L-akkużat, li kellu l-assi tiegħu ffriżati, hu reċidiv għaliex f’Marzu li għadda tressaq il-Qorti b’akkużi simili.
//= $special ?>