Basketball Sport

Malta titlef il-finali fil-kampjonati tal-Basketball ta’ taħt it-18-il sena

Minkejja l-wirja tajba u qalbiena li għamlu t-tim nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena fil-finali tal-Kampjonat Ewropej ta’ Diviżjoni Ċ huma tilfu bl-iskor ta’ 73-79 kontra l-Armenja.

Kif jindika l-iskor il-Maltin żammew il-pass mal-Armeni biex spiċċaw fit-tieni post. Din kienet l-ewwel telfa tal-Maltin wara li s-Sibt li għadda fis-semi-finali huma għelbu lil Georgia 53-48.

In-nisa Maltin għelbu fil-partiti ta’ qabel lil Moncao 67-29, lil Moldova 96-43 u lil Andorra 63-36. Fl-ewwel taqsima Malta temmet minn taħt 21-23 f’logħba li dejjem baqgħet akkanita. It-tieni taqsima Malta tilfitha 16-17 biex imbgħad irnexxielha tagħmel l-iskor indaqs peress li rebħet it-tielet taqsima 22-18.

Kienet ir-raba u l-aħħar taqsima li l-Maltin ċedew l-armi meta tilfuha b’sitt punti bil-punteġġ ta’ 14-21. Sadanittant Georgia li tilfu ma’ Malta fis-semifinali spiċċaw ir-raba post b’rebħa faċli fuq l-Andorra bil-punteġġ ta’ 72-45.

Ir-rebbieħa ipprevalu fit-taqsimiet kollha fejn fl-ewwel waħda rebħu 21-17, it-tieni 18-11, it-tielet kienet faċli ferm 22-7 u l-aħħar waħda 11-10. F’partita għall-placings Ġibilita għelbu lil Monaco 53-30 fejn Monaco kienu tajbin ħafna fl-ewwel taqsima izda kkrollaw fit-tlieta l-oħra biex Ġibilta ħadu rebħa mistħoqqa