Tfajla ta’ 22 sena mill-Kolumbja se tiġi deportata wara li nstabet ħatja li mexxiet burdell fl-Imsida.
Bernal Puerta Monica Alejanda, residenti l-Imsida, ġiet arresta fl-aħħar jiem u mal-Pulizija ddikjarat li ma kinitx taf li ż-żamma ta’ burdell u l-għixien mill-prostituzzjoni f’Malta huma reati.It-tfajla, li ammettiet l-akkużi, kienet ikkundannata wkoll sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs, sospiżi għal erba’ snin.
//= $special ?>