Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, jemmen li proġetti nazzjonali ta’ infrastruttura ma jistgħux jitwaqqfu għax minflok progress ikollna rigress.
Fid-dawl tal-kritika kbira fil-konfront tal-Gvern rigward il-massakru tas-siġar, Jose Herrera sostna li jaqbel ma dawn il-proġetti infrastrutturali.

“Dawn huma siġar ta’ ċertu maturità, siġar storiċi u nifhem ukoll l-agħa tan-nies pero inti trid tibbilanċja. Nistgħu l-pajjiż ma jkollnix iktar infrastruttura b’saħħitha meta għandna l-popolazzjoni qed tiżdied bil-mod li qed tiżdied, meta għandna dan l-investiment, meta għandna l-clogging tat-toroq tagħna? … Naħseb li hemm bżonn illi jsiru dawn ix-xogħlijiet.”
Minbarra s-siġar li tqaċċtu fl-aħħar jiem f’Santa Lucia… b’dak li l-Gvern qed isejjaħ Central ink, ser tkun qed tara 439 siġra titqaċċat… 67 minnhom protetti.
U għalkemm il-Gvern qed jgħid li se jħawwel aktar siġar… fl-istatistika li qed idawwar mal-erbat irjieħ bil-media tiegħu, mhux qed isemmi is-siġar tal-frott li se jinqatlu għal kollox biex minflokk għelieqi jsir it-tarmak tas-Central Link… bil-bdiewa li jammontaw għal madwar 50 qed jikkalkulaw li se jitilfu madwar elf siġra li m’hu se tkun imħawla imkien iktar.

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera
“Idealment fil-ħajja nħallu kollox kif inhu għax hekk id-dinja sabiħa pero at one point in time inti trid tagħmel ċertu investimenti nkella taqta’ lura”
Jose Herrera tkellem magħna wara li ħabbar li ser ikun qed jibda proġett ta’ riabilitazzjoni u restorazzjoni f’dik li kienet landfill f’Wied Fulija… proġett ta’ madwar €4 miljuni grazzi għal fondi mill-Unjoni Ewropea.
Dan il-proġett għandu jitlesta sal-2023.