Lokali

“Irridu nkunu il-bank numru wieħed għall-klijenti tagħna” – Andrew Beane


L-HSBC iżid il-qligħ hekk kif l-istrateġija żżid ir-ritmu 

Filwaqt li qed jiċċelebra l-20 anniversarju tiegħu f’Malta, l-HSBC Malta rrapporta qligħ ta’ €20.9m qabel it-taxxa fl-ewwel sitt xhur tas-sena li jfisser żieda ta’ €4.8m (30%) meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Fost id-dettaji li nagħtaw, l-HSBC iddikjara li l-klijenti tagħhom iddepożitaw €4,850 miljun mill-bidu tas-sena sat-30 ta’ Ġunju 2019, tnaqqis ta’ €38 miljun.

It-tliet taqsimiet ewlenin tal-bank – Retail Banking and Wealth Management, Commercial Banking u Global Markets – komplew jagħmlu qligħ matul il-perjodu tal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Andrew Beane – Direttur u Ufiċċjal Eżekuttiv tal-HSBC f’Malta

Andrew Beane, Direttur u Uffiċċjal Eżekuttiv tal-HSBC f’Malta qal li l-bank kiseb set ta’ riżultati tajbin hekk kif b’suċċess lesta t-twettiq tal-istrateġija ta’ mmaniġġjar tar-riskju u issa qed jiffuka biex iwassal servizzi ta’ klassi dinjija biex jappoġġjaw aktar tkabbir.

“Irridu nkunu il-bank numru wieħed għall-klijenti tagħna”

Dan filwaqt li ħabbar li ser ikun qed isir tibdil għall-aħjar fl-Internet Banking u l-Mobile Banking App.

L-HSBC qalu li raw tkabbir ta’ 84% fin-numru ta’ klijenti, l-aktar grazzi għas-sistema ġdida ta’ ftuħ ta’ kontijiet bankarji onlajn li nieda ftit tax-xhur ilu.

Huma qalu li ser ikunu qed jiffukaw b’mod speċjali fuq tkabbir, il-klijenti u l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin biex ikomplu jimxu wara l-islogan “l-uniku bank ewlieni u internazzjonali ta’ Malta”

Ritratt: Martin Agius

Ritratt: Martin Agius

Ritratt: Martin Agius