Internazzjonali

L-Indja se tirtira l-awtonomija tal-Kashmir

Mill-ġdid tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan wara li l-gvern Indjan irtira l-istatus speċjali tar-reġjun tal-Kashmir.

L-aħbar ħarġet kmieni dalgħodu, meta sar magħruf li l-Indja se twaqqa’ l-klawsola fil-Kostituzzjoni li tagħti privileġġi speċjali lit-territorju tal-Kashmir illi parti minnu jaqa’ taħt l-Indja. Għalkemm sal-lum, il-Pakistan għadu jinsisti li l-Kashmir huwa tiegħu.

Fil-passat, l-Indja u l-Pakistan iġġieldu żewġ gwerrer sabiex jieħdu dan it-territorju kompletament f’idejhom.

Kemm il-Pakistan kif ukoll l-Indja illum huma potenzi nuklejari.