Harry Maguire sar uffiċjalment l-aktar difensur li sewa flus fl-istorja tat-trasferimenti wara li tħabbar bħala plejer ta’ Manchester United. Hu ffirma kuntratt ta’ sitt snin b’għażla għal sena oħra għal somma ta’ madwar €90 miljun. Din is-somma qabżet iċ-ċifra rekord li Liverpool kienu ħallsu lil Southampton għal Virgil van Dijk f’Jannar tas-sena l-oħra.
“Kuntent li ffirmajt ma’ dan il-klabb kbir. Ħadt gost fiż-żmien tiegħi ma’ Leicester u nixtieq nirringrazzja lil kulħadd fil-klabb u l-partitarji għas-sapport fantastiku matul l-aħħar żewġ staġuni. Iżda meta Manchester United jħabtulek il-bieb hi opportunità inkredibbli.”ħ
Maguire kompla li jinsab eċċitat bil-viżjoni u l-pjanijiet tal-klabb u jemmen li Ole Gunnar Solskjaer qed jibni tim biex jirbaħ l-unuri. Id-difensur ċentrali Ingliż kien il-mira prinċipali ta’ Solskjaer f’dan is-sajf biex isaħħaħ id-difiża.
Il-manager Norveġiż qal li Maguire jaqra l-logħba tajjeb, għandu preżenza b’saħħtu fil-pitch u għandu l-abbiltà li jibqa’ kalm taħt pressjoni. Maguire wasal Manchester fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet biex iffinalizza l-aħħar dettalji tat-trasferiment u l-Ħadd iltaqa’ ma’ Solskjaer u sħabu l-ġodda f’Carrington.
//= $special ?>