Lokali Sport Sport Ieħor

Minn Għawdex għal Malta f’5 sigħat u 36 minuta

L-atleta Fabio Spiteri, fl-aħħar jiem wettaq sfida mhux tas-soltu.. waħda diffiċli li iżda għamel f’ħin impekkabli ta’ 5 sigħat u 36 minuta biex kiser ir-rekord tiegġu stess

Spiteri ġera 15km madwar Għawdex… kompla b’għawma ta’ 6.5km minn Għawdex għal Malta… qabel ġirja oħra din id-darba ta’ 30km sa’ Birzebbuga.

Hu għamel dan kollu f’temperaturi li laħqu it-32 gradi celcius bl-għan li jinġabru flus għal żwiemel abbandunati.

Spiteri fil-passat sar l-ewwel Malti li rnexxielu jtemm it-tellieqa diffiċli tat-Triple Ultra Triathlon li din is-sena saret f’Lensahn fil-Ġermanja. Spiteri li s-sena l-oħra kiseb it-titlu ta’ Double Ironman, temm it-tellieqa f’ħin ta’ 45 siegħa 44 minuta u 51 sekonda biex spiċċa fl-14-il post minn 44 atleta.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Malti għamel maratoni ta’ dan it-tip. Fl-aħħar ħames snin, Spiteri ħa sehem f’seba’ edizzjonijiet tal-Ironman u 21 tellieqa Ironman b’distanza ta’ 70.3 kilometru. Fabio Spiteri għandu l-appoġġ ta’ Garmin Malta, Eurosport Malta, Wheel Wizard, Millenium Clinics, Mosta Tri Club, Festina, 24/7 Fitness Club, Go & Fun u General Automation Services.