Tifla ta’ 15-il sena minn Londra spiċċat nieqsa minn resort qrib Kuala Lumpur fi tmiem il-ġimgħa.
Nora Anne Quoirin għebet għall-ħabta tal-11am tas-Sibt li għadda wara li l-ġenituri tagħha skoprew kmieni filgħodu li kienet sparixxiet mill-kamra tagħha.
Il-pulizija tal-Malasja żiedu l-isforzi tat-tfitxija tagħhom biex isibu lil din it-tiflla wara li s-Sibt, il-familja ta’ Nora Anne qalet lill-pulizija li binthom kienet nieqsa mill-kamra tagħha wara li waslet fir-resort, f’Seremban, viċin il-kapitali Kuala Lumpur.
“Qed naħdmu mad-dipartimenti kollha tal-pulizija u s-servizz tan-nar biex insibu lit-tifla,” qal kelliem tal-pulizija.
Nora Anne hija ta’ nazzjonalità Irlandiża.
Fl-ewwel rapporti tagħha, il-pulizija ma eskludietx li dan kien ħtif għalkemm ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ dħul sfurzat fil-kamra tal-adolexxenti.
Teorija oħra hija li hi jista’ jtkun ġiet meħuda minn familja tal-lokali waqt li kienet miexja fil-ġungla u issa qed taffaċċja problemi biex tikkomunika.
Ħaddiem fir-resort qal li t-tieqa kienet miftuħa iżda m’hemm l-ebda mod li tgħid jekk infetħitx minn ġewwa jew minn barra.
Il-familja għadha ma tkellmitx mal-istampa iżda Catherine Hill, ħabiba tal-familja, qalet lill-media internazzjonali li huma marru fuq dak li ttamaw li jkun “vjaġġ ta’ ħajjithom.”
“Sfortunatament, huwa wkoll possibbli li Nora tkun vittma ta’ kriminalità serja – aħna nħeġġu lil kulħadd b’kull informazzjoni biex tressaq,” qal Matthew Searle, il-kap eżekuttiv tal-Trust Lucie Blackman, li qed tgħin lill-familja Quoirin.
