Futbol Sport

Victoria Hotspurs jibdew id-difiża tat-titlu kontra Kerċem Ajax

Iċ-champions Għawdxin tal-Ewwel Diviżjoni Victoria Hotspurs se jibdew id-difiża tat-titlu kontra Kerċem Ajax fl-20 ta’ Awwissu. Il-poloz tal-kampjonati GFA u tat-Tazza GFA waqt konferenza stampa li saret fil-boardroom tal-assoċjazzjoni.

Il-President tal-GFA Samuel Azzopardi qal dan se jkun staġun ieħor memorabbli wara diversi trasferimenti ta’ plejers bejn il-klabbs. Hu żied li l-preparazzjoni għall-istaġun il-ġdid tinsab għaddejja b’ritmu tajjeb u ż-żrigħ mill-ġdid tal-Gozo Stadium mistenni jitlesta fil-ħin. Azzopardi saħaq li ż-żieda fl-interess fil-futbol Għawdxi qed iżżid l-entużjażmu tal-klabbs u l-plejers.

L-Uffiċjal Kap tal-BOV Horace Laudi qal li hu ta’ pjaċir għalihom li jerġgħu jkunu l-isponsors ewlenin tal-futbol Għawdxi. Laudi flimkien ma’ Azzopardi telgħu l-poloz tal-kompetizzjonijiet.

L-ewwel ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni

Għajnsielem v Xagħra United

Kerċem Ajax v Victoria Hotspurs

SK Victoria Wanderers v Nadur Youngsters

Xewkija Tigers v Għarb Rangers

L-ewwel ġurnata tat-Tieni Diviżjoni

Sannat Lions v St. Lawrence Spurs

Oratory Youths v Qala Saints

Munxar Falcons v Żebbuġ Rovers

Rawnd Preliminari tat-Tazza GFA

Nadur Youngsters v Għarb Rangers

Xagħra United v Oratory Youths

Għajnsielem v Qala Saints

Sannat Lions v St. Lawrence Spurs

Kerċem Ajax v Żebbuġ Rangers

Xewkija Tigers v Munxar Falcons