Minkejja li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal fit-22 ta’ Lulju li għadda qal li se jissapportja kull azzjoni li tittieħed biex ikunu mposti sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, fil-Qorti quddiem il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi rapprentant tas-Sanctions Monitoring Board iddikjara li mhumiex se jiġu applikati s-sanzjonijiet kontra Gordon Debono.
Dan ħareġ wara li bdiet tinstema’ t-trattazzjoni dwar mandat ta’ inibizzjoni li ppreżenta l-Avukat ta’ Gordon Debono, Roberto Montalto, li huwa suspettat li kien qed jitraffika l-fjuwil. Il-mandat sar biex il-Gvern Malti ma jkunx jista’ japplika għal sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda kontrih.
Fuq l-istazzjon nazzjonali l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela kien qal li “il-Gvern huwa kommess li jiġġieled kull tip ta’ traffikar anke dak li jsir ‘il barra minn xtutna, u dak huwa commitment li l-Gvern Malti għandu li jikkollabora anke ma’ pajjiżi oħra f’dan ir-rigward”.
Kien qal ukoll li dwar il-każ ma kienx se jikkummenta meta hemm mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti. “Però li nista’ ngħid huwa li huwa s-sanctions monitoring board li mill-informazzjoni li jkollhom huma jieħdu dawn it-tip ta’ azzjonijiet. Jiġifieri aħna bħala Gvern nissapportjaw li jittieħdu dawn it-tip ta’ azzjonijiet.”
Il-każ ħareġ fil-beraħ mera sar magħruf li fin-Nazzjonijiet Uniti , ir-Russja talbet iżjed tagħrif qabel tapprova jew le s-sanzjonijiet kontra ż-żewġt irġiel għalkemm għandhom l-istess kunjom ma jiġux minn xulxin. TVM kien staqsa lil Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela x’wassal biex il-Gvern ħa dal-pass għall-ewwel darba fl-istorja kontra ċittadini Maltin.
Madankollu warfa li l-Qorti laqgħet b’mod proviżorju it-talba għal mandat ta’ inibizzjoni l-ġimgħa l-oħra fuq Gordon Debono, biex il-Gvern Malti ma jkunx jista’ japplika għal sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda kontrih, it-Tnejn fil-Qorti rappreżentant tas-Sanctions Monitoring Board qal li mhu se ttittieħed l-ebda azzjoni.
Dan wara li l-Avukat Montalto qal li l-awtoritajiet Maltin qatt ma bagħtu għal Gordon Debono biex jinterrogawh u dan wara r-rapport li sar minn-Nazzjonijiet Uniti. Il-mandat kien minn Debono sar kontra l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Gordon Debono flimkien ma’ Darren Debono kienu arrestati f’Settembru tal-2017 mill-Pulizija Taljana f’Lampedusa u Katanja wara l-arrest ta’ Fahmi Slim Bin Khalifa, magħruf fil-Libja bħala wieħed mill-akbar traffikanti tal-fjuwil.
Kien irrappurtat kif ir-Russja bblokkat talba mill-Gvern Malti għal sanzjonijiet kontra ż-żewġ suspettati, liema talba kellha l-appoġġ totali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u anke tal-membri l-oħra membri.
Madanakollu, fit-talba tiegħu quddiem l-Ewwel Awla tal-Qorti Ċivili, Gordon Debono saħaq li hu qatt ma kien mgħarraf dwar investigazzjoni f’Malta dwaru.
Insista li l-uniku investigazzjoni li jaf biha hija dik li qed jagħmlu l-Qrati Taljani. Il-Qorti Taljana kienet ordnat li hu jinħeles mill-arrest, fosthom għax il-kondotta tiegħu kienet waħda nadifa, xi ħaġa li dejjem insista fuqha l-Avukat tiegħu, Roberto Montalto.
//= $special ?>