Żagħżugħ ta’ 19-il sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq forklifter hekk kif kien għaddej xi xogħol ġewwa fabbrika f’Birżebbuġa għall-ħabta ta’ 1.30 ta’ wara nofsinhar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post filwaqt li ġiet imsejħa wkoll ambulanza li ħadet lil ġuvni, residenti r-Rabat l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>