Il-Korea ta’ Fuq mill-ġdid sparat żewġ missili bħala prova, fost il-bidu tal-eżerċizzji militari konġunti min-naħa tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.
Il-missili, ta’ tip mhux identifikat, kienu sparati mill-provinċja ta’ Hwanghae u dawn niżlu fil-baħar lejn il-lvant tal-peniżola Koreana. L-isparatura kienet ir-raba’ prova tal-missili mir-reġim komunista ta’ Pyongyang f’anqas minn ġimgħatejn.
Sadanittant, il-Korea ta’ Fuq esprimiet rabja għall-eżerċizzji attwali tal-Amerikani u l-Korea t’Isfel waqt li insistiet li dawn ‘qed jabbużaw il-ftehim’ li kien intlaħaq bejn Pyongyang u l-President Amerikan Donald Trump u l-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in.
Intant l-impenn attwali mill-militar tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel għadu fil-fażi preparattiva — bl-eżerċizzji militari konġunti mistennija jirrankaw sew mill-Ħadd li ġej.
L-Istati Uniti qalet li, bħalissa, qed issegwi s-sitwazzjoni bir-reqqa waqt li qed tikkonsulta mal-Korea t’Isfel u l-Ġappun.
//= $special ?>