Internazzjonali

BIL-FILMAT: Jisplodi maħżen militari fis-Siberja

Minn tal-anqas tmien persuni weġġgħu u eluf ta’ persuni ġew evakwati mill-villaġġi qrib bażi militari fis-Siberja wara li kien hemm numru sostanzjali ta’ spluzzjonijiet f’maħżen li jagħmel parti mill-istess bażi.

Numru ta’ filmati fuq il-midja soċjali juru kif sploda u ħa n-nar dan il-maħżen, li dam numru ta’ sigħat biex jiġi kkontrollat.

Qrib il-bażi kien hemm summer camp għat-tfal fejn dawn ittieħdu minnufih f’postijiet aktar siguri. Intant is-suldati li kien hemm fl-istess bażi militari ħadu kenn fix-xelters.