Internazzjonali

Brexit….Ir-Renju Unit u l-UE jinsistu bil-pożizzjonijiet opposti

Ir-Renju Unit qed jinsisti biex l-Unjoni Ewropea taċċetta l-bidliet għall-ftehim dwar il-Brexit li kien intlaħaq mal-eks Prim Ministru Britanniku Theresa May, iżda Brussell jinsab determinat biex ma jċedix għall-pressjoni. Dan meta qed joqrob id-deadline għal Brexit li hu stabbilit għall-aħħar ta’ Ottubru

Filwaqt li r-Renju Unit u l-UE qed jaghmlu l-pozizzjonijiet taghhom dejjem aktar cari, il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson hu determinat li joħroġ pajjiżu mill-Unjoni f’Ottubru, anke jekk dan ikun ifisser sitwazzjoni ta’ no-deal Brexit.

Madankollu, hu car li n-negozjaturi Ewropej mhumiex se jcedu ghall-pressjoni ta’ Johnson, inkluz dwar il-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiza. Sorsi fi Brussell qalu li dan hu inaccettabbli.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku, f’Downing Street, mill-banda l-ohra qed jinsisti li l-Unjoni ghandha tikkunsidra bidliet sinifikanti għall-ftehim originali.

Il-ftehim oriġinali innegozjat minn Theresa May kien ġie miċħud tliet darbiet mill-House of Commons ta’ Londra.

Intant, diplomatici qrib in-negozjati attwali qalu li s-sitwazzjoni reġgħet l-istess bħal ta’ tlett snin ilu, meta kien beda l-process ta’ Brexit. U donnu li fi Brussel kulhadd jinsab rassenjat li r-Renju Unit, ‘ il quddiem, se jitlaq mill-Unjoni minghajr ftehim. Sadanittant, deputati mill-Partit Konservattiv ta’ Johnson qed jghidu li xorta fadal cans li tinstab soluzzjoni li jippermetti għal ‘konklużjoni tal- Brexit bi ftehim’.