121 immigrant jinsabu bejn sema’ u ilma wara li ġew salvati mid-dgħajsa ‘Open Arms’ iżda l-ebda Gvern għadu ma fetaħ il-port tiegħu fl-aħħar ħamest ijiem. U dan minkejja l-fatt li fuq id-dgħajsa hemm żewġt itfal u twemin ta’ disa’ xhur fost l-immigranti.

L-Għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva Open Arms ħarġet il-Ħamis l-għadda fl-baħar Mediterran fejn iltaqaw ma’ dgħajsa żgħira b’53 immigrant. Iktar tard fl-istess lejl ġew salvati 69 immigrant ieħor.
Jumejn wara, żewġ nisa tqal tniżlu minn fuq id-dgħajsa u ttieħdu fuq l-art għall-osservazzjoni ġewwa sptar.

Seba’ xhur ilu, il-Gvern Spanjol kien ipprojbita lill-għaqda milli toħroġ bl-ibħra minħabba li d-dgħajsa tagħhom mhix ideali biex tbaħħar fit-tul. Madanakollu, fl-aħħar ta’ Ġunju din l-għaqda njorat dan u ħarġet tbaħħar.
Il-Gvern Spanjol ma laqax dawn l-immigranti ġewwa l-portijiet tiegħu wara li fl-aħħar sena daħlu madwar 400 immigrant salvati mid-dgħajsa Open Arms.
L-istess għall-awtoritajiet tal-Italja u ta’ Malta hekk kif ħadu l-istess deċiżjonijiet u għalqu l-portijiet tagħhom.
Proactiva Open Arms qed jitolbu biex pajjiżi Ewropew jilħqu ftehim biex l-immigranti jiddaħlu f’port sigur. Huma rreferew għad-dgħajsa ta’ Alan Kurdi fejn il-ġimgħa l-oħra daħħlu 40 immigrant f’Malta u iktar tard tqassmu f’pajjiżi Ewropew.
Is-Sindku ta’ Valenzja, Joan Ribò lest li jilqa’ dawn l-immigranti ġewwa din il-Belt iżda ma jistax jagħmel dan qabel ma jingħata permess mill-Gvern Spanjol.
Is-sena l-oħra, madwar 630 immigrant daħlu fil-belt ta’ Valenzja fuq id-dgħajsa Aquarius hekk kif talbu għal port sigur fil-Mediterran.
Intant, 48 immigrant daħlu fil-port ta’ Lampedusa fuq dgħajsa żgħira tal-injam. Dan filwaqt li dawn l-immigranti qed isostnu li dak in-numru huwa wieħed żgħir hekk kif ammont kbir ta’ dawk li kienu fuq l-istess dgħajsa għerqu waqt il-vjaġġ tagħhom.
//= $special ?>