Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li nqabditlu idu f’magna

Ħaddiem ta’ 38 sena sofra ġrieħi serji hekk kif kien qed jaħdem b’magna u nqabditlu jdejh fiha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.40pm f’barriera fin-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li minnufih ħadet lir-raġel, residenti l-Mosta l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkejsta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.