Lokali Qorti

Għadha qed tinsisti li t-€820,000 huma tagħha

Il-kumpanija Maltco ġiet momentarjament imwaqqfa milli tqassam €820,000 lill-Fond għall-Kawżi Ġusti, hekk kif mara qed tallega li dawk il-flus rebħithom hi – għalkemm il-biljett rebbieħ ma tistax issibu. Għalhekk, il-Qorti iddeċidiet li sakemm il-kwistjoni tkun riżolta, il-flus ma jmorru imkien.

Dan il-każ ilu għaddej kważi 3 xhur, u jirrigwardja biljett li nxtara mill-Qawra fit-18 ta’ Mejju. Il-premju ma setax jiġi miġbud minħabba li l-mara ma tistax issib il-biljett li xtrat.

Il-mara qed tgħid li l-biljett ġie impoġġi ximkien fejn ma tistax issibu wara li hi kienet għadha kif ħarġet mill-isptar. Hu qed tallega li ilha disa’ xhur tilgħab l-istess numri.

Skont l-istorja li qed tirrakkonta din il-mara, jidher li l-biljett rebbieħ tpoġġa ma’ biljetti antiki illi intremew.