Lokali

Inċident bejn erba’ karozzi fil-Marsa

Fl-aħħar ħin seħħ inċident bejn 4 karozzi fiż-żona industrijali tal-Marsa filwaqt li hu maħsub li persuna sfat feruta f’dan l-inċident.

Fuq il-post issejħu pulizija tad-distrett u ambulanza bit-tim mediku jassisti lil dawk il-persuni nvoluti. Issejħu wkoll uffiċjali tal-Pulizija u saħansitra l-AFM.

Il-persuna li kienet fil-karozza Toyota Yaris hi mara ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi fejn ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Kien jidher li dawk il-persuni l-oħra nvoluti fl-inċident sofrew xokk qawwi iżda jidher li ma sofrewx feriti.

It-triq ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku, bil-karozzi li kien għaddejjin miż-żona kellhom jieħdu direzzjoni oħra.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ritratti: Matthew Tabone