Ambjent Lokali

Is-sħana ġġib spejjeż ġodda għall-bdiewa

Il-bdiewa Maltin qed jaffaċċjaw sfidi dejjem ikbar, mhux biss minħabba l-kompetizzjoni imma wkoll kawża tal-bidla fil-klima.

Is-sħana li qed tagħmel f’dawn il-jiem, bit-temperatura li mistennija tinħass anke sa 40 grad Celcius fi tmiem il-ġimgħa, qed tagħmel ħsara kbira fil-prodotti. Fost dawn bdiewa li spiċċaw jarmu l-prodotti tagħhom għax inħarqu mix-xemx.

Net News iltaqa’ ma’ Pawlu Camilleri, wieħed mill-bdiewa tal-Imġarr, li jispjega kif il-bidla kienet drastika u qed issir dejjem iktar gravi b’rata allarmanti.

Fl-aħħar ġimgħat hu daħal ukoll fi spiża ta’ madwar €200 biex jipproteġi l-prodotti tiegħu b’nett apposta. Iżda minkejja dan, uħud mix-xtieli tal-qarabagħli diġa bdew jinħakmu minn virus. 0

Dan apparti li l-Imġarr, imma wkoll inħawi oħra madwar Malta, fl-aħħar ġimgħat inħakmu minn nirien qawwija u mifruxa.

Biex tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni, il-ftuħ ta’ swieq ġodda li minn fuqhom tneħħew it-tariffi biex infetaħ is-suq, bħal dak tal-Marokk, komplew iżidu l-ispejjeż għall-bidwi Malti.