Wara li n-nuqqas ta’ ftehim ma’ Manchester United, tim ieħor mill-Ingilterra jrid lil Paulo Dybala. Tottenham preżentaw offerta uffiċjali ta’ €70 miljun għall-Arġentin, bil-klabb Taljan jasal fi ftehim ma’ Tottenham.
Minkejja dan il-qbil, kollox iħoll u jorbot fuq Dybala li jrid jilħaq ftehim malajr mal-klabb minn Londra minħabba li s-suq tat-trasferimenti jagħlaq il-Ħamis fis-6.00pm. Il-fatt li Tottenham se jkunu qed jilagħbu fiċ-Champions League jista’ jkun il-fattur ewlieni biex Dybala rrifjuta l-offerta ta’ Manchester United.
Dybala jidher li mhux se jkun fil-ħsibijiet tal-kowċ il-ġdid Maurizio Sarri fis-sistema tipika tiegħu ta’ 4-3-3. Jekk it-trasferiment ikun finalizzat, Juventus jistgħu jerġgħu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq l-attakkant Romelu Lukaku, hekk kif is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra jagħlaq il-Ħamis biss għall-akkwisti.
Fuq in-naħa l-oħra, Tottenham jidher li jinsabu qrib ukoll l-akkwist ta’ Giovanni Lo Celso hekk kif il-midfielder ta’ Real Betis mistenni jilħaq ftehim fuq kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €4 miljuni kull staġun. Huma qed jissemmew ukoll li jinsabu interessati li jieħdu b’self lil Philippe Coutinho, kollha sinjali li jistgħu jindikaw li Christian Eriksen jista’ jħalli l-klabb hekk kif ilbieraħ ħarġet l-aħbar li Manchester United huma interessati serjament fih.
//= $special ?>