NEPTUNES LEO VEGAS…………….. 10 SLIEMA FRANK SALT…………… 6
Neptunes Leo Vegas jinsabu direttament fis-semifinali tal-play-offs b’rebħa konvinċenti ta’ 10-6 fuq Sliema Frank Salt li minn naħa tagħhom jittamaw f’telfa għal Sirens biex huma wkoll jgħaddu dirett għas-semifinali.
Iċ-champions urew il-kwalità tagħhom biex dawru l-logħba permezz tas-solitu Stevie Camilleri u minn hemm Sliema ma kellhomx risposta. Sliema għamlu l-ewwel żewġ sessjonijiet pożittivi anki jekk ma kellhomx okkażjoni ta’ raġel aktar fl-ilma qabel nofs it-tielet sessjoni. Din it-telfa uriet li għalkemm għamlu progress, għad fadlilhom biex jiksbu rebħiet konsekuttivi f’konfronti diretti.
Fl-ewwel sessjoni Neptunes kellhom darbtejn il-vantaġġ permezz ta’ Stevie Camilleri u gowl mis-centre ta’ Petar Muslim, iżda Sliema wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet minn Nicholas Bugelli u Norbert Hoznyansky rispettivament. Wara li Darko Brguljan reġa’ poġġa liċ-champions minn fuq, Neptunes kellhom diversi okkażjonijiet li jkabbru l-vantaġġ. Iżda huma kellhom gowl imħassar minn penalty ta’ Brguljan u Muslim ġie mċaħħad mil-lasta mill-viċin.
Sliema ħadu vantaġġ u ġabu d-draw minn Gavril Subotic. Jerome Gabarretta poġġa lis-Slimiżi minn fuq għall-ewwel darba bi preċiżjoni fis-centre biex Hoznyansky irdoppja l-vantaġġ b’xutt b’saħħtu.
Neptunes irkupraw l-iżvantaġġ doppju u marru fil-vantaġġ sa tliet minuti mill-ftuħ tat-tielet sessjoni. Il-protagonist kien Stevie Camilleri li naqqas id-distakk minn penalty, ġab id-draw b’xutt minn pożizzjoni ċentrali u poġġihom fil-vantaġġ b’gowl mill-isbaħ mis-centre. Brguljan skorja darbtejn minn okkażjonijiet ta’ man-up, b’Jamie Gambin jiskorja għal Sliema bejn iż-żewġ gowls.
It-tielet sessjoni ħasdet lil Sliema. Fl-aħħar sessjoni huma pruvaw jibqgħu fil-logħba iżda apparti d-difiża tajba ta’ Neptunes, sabu wkoll lil Alan Borg Cole attent. Petar Muslim qatel it-tamiet Slimiżi b’gowl minn man-up madwar tliet minuti u nofs biex Nikolai Zammit issiġilla r-rebħa.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace, P. Muslim (2), D. Brguljan (3), S. Camilleri (4), J. Camilleri, J. Abela, N. Zammit (1), J. Muscat, M. Azzopardi, B. Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia
Sliema: J. Parnis, J. Gabarretta (1), G. Subotic (1), J. Sciberras, M. Meli, N. Hoznyansky, M. Spiteri Staines, L. Galea, B. Cachia, J. Gambin, Z. Mizzi, N. Bugelli, M. Vassallo, K. Borg, J. Cachia
Referees: Massimo Angileri, Domenico Rotondano
MARSASKALA FISH AND FISH………….. 11 TA’ XBIEX AMIGOS………….. 10
(3-2), (3-4), (1-2), (4-2)
Marsaskala Fish and Fish tħabtu biex għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos iżda finalment ħadu t-tliet punti li tħallihom jittamaw li jistgħu jispiċċaw il-fażi qabel il-play-offs fit-tieni post. Wara r-rebħa kontra Valletta, Marsaskala ma kellhomx l-istess prestazzjoni u kien biss fl-aħħar sessjoni li rnexxielhom jieħdu r-rebħa.
Niccolo Gitto poġġa lil Ta’ Xbiex darbtejn fil-vantaġġ iżda doppjetta ta’ Ayrton Camenzuli tefgħet lil Marsaskala fil-vantaġġ fi tmiem l-ewwel sessjoni. Ta’ Xbiex dawru l-iskor għal 4-3. Kristijan Milakovic ġab id-draw darbtejn għat-tim ta’ Dorian Pisani iżda fiż-żewġ okkażjonijiet, Gitto skorja darbtejn għal Ta’ Xbiex. Dan sakemm Konstantin Averka ġab id-draw.
Nenad Kacar u Gerald Sammut taw vantaġġ doppju lil Ta’ Xbiex fit-tielet sessjoni. Iżda gowls ta’ Kyle Navarro u fl-aħħar sessjoni minn Jean Claude Cutajar u Averka poġġew lil Marsaskala 9-8 fil-vantaġġ. F’sessjoni li fiha tilfu lil Nenad Kacar għat-tielet fawl personali, kompla jispikka Gitto li bil-ħames gowl tiegħu ġab id-draw. Iżda Marsaskala bnew vantaġġ doppju minn Navarro u Averka li kienu determinanti, b’Ta’ Xbiex inaqqsu d-distakk minn Niall Saliba filwaqt li fl-aħħar sekondi kienu mċaħħda mill-mimduda.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (2), M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro (2), K. Milakovic (3), K. Averka (3), J. Culic, R. Attard, D. Borg Millo, A. Muscat
Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani, S. Azzopardi, D. Fenech, N. Saliba (2), N. Kacar (2), G. Sammut (1), K. Tanti, N. Gitto (5), A. Theuma, J. Saliba
Referees: Alex De Raffaele, Andrea Zedda
//= $special ?>