Futbol Sport

Qbil bejn Cancelo u Danilo biex jibdlu l-klabbs

Joao Cancelo u Danilo se jkunu qed jilagħbu f’kampjonat ieħor għall-ewwel darba hekk kif Juventus u Manchester City laħqu ftehim bejniethom. Cancelo se jkun jingħaqad ma’ Manchester City għas-somma ta’ €28 miljun u d-difensur Danilo.

Il-Brażiljan se jingħaqad ma’ Juventus għall-ħames snin li ġejjin b’salarju ta’ €4 miljun flimkien mal-bonus. Danilo li ngħaqad ma’ Manchester City fl-2017, mistenni jasal Turin illum. Fl-istaġun li għadda Danilo ma kienx regolari fit-tim ta’ Pep Guardiola u lagħab 22 logħba filwaqt li disgħa minnhom biss kienu mill-bidu.

Joao Cancelo ġibed l-interess ta’ Juventus wara staġun pożittiv ma’ Inter. Huma akkwistaw lill-Portugiż fis-sajf li għadda mingħand Valencia u se jħalli l-klabb wara staġun biss. Cancelo se jkun qed jisfida lil Kyle Walker għal post regolari.