Fl-Indiċi Globali tal-Innovazzjoni li tħabbar ftit tal-jiem ilu fl-Indja, Malta niżlet ’l isfel ħdax-il post meta titqabbel mal-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista.
Dan l-Indiċi, pubblikat kull sena mill-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti World Intellectual Property Organization (WIPO) –– hu bażat fuq seba’ pilastri ewlenin: l-istituzzjonijiet, il-kapital uman u r-riċerka, l-infrastruttura, is-sofistikazzjoni tas-suq, is-sofistikazzjoni tan-negozju, l-għerf u t-teknoloġija, kif ukoll il-kreattività.
F’dan ir-rapport, il-Gvern ta’ Muscat ha daqqa fil-punteġġ fejn jidħol ir-Rule of Law u l-Istituzzjonijiet; meta fl-2012 is-Saltna tad-Dritt kienet ingħata 87 punt, fl-2019 ingħatat 76.6 punt. Fl-istituzzjonijiet pajjiżna fl-2012 ingħata 84.4 punt filwaqt li din is-sena l-marka nizlet ghal 75.2 punt.
Malta ilha tkun inkluża f’dan l-Indiċi sa mill-2012, meta kisbet riżultati mill-aqwa u punteġġ rispettabbli ħafna fuq bażi globali. Izda din is-sena, il-Gvern m’ghaddiex mit-test tal-innovazzjoni u gab marka taht il-50.
Meta f’Jannar li għadda tas-Super One skoprew l-Indiċi Globali tal-Innovazzjoni, huma kienu ħarġu jwerżqu li Malta kienet mal-ewwel 30 fid-dinja għal dik li hi innovazzjoni.
Izda kif irrapporta l-gurnal In-Nazzjon, fuq bażi Ewropea bejn l-2013 u l-2019 taħt Gvern Laburista, Malta niżlet mill-11-il post għas-17-il post f’dan l-Indiċi internazzjonali.
Dan juri li l-pożizzjoni ta’ Malta, wara l-2012, qatt ma reġgħet laħqet dawk il-livelli f’dan il-qasam tant importanti tal-innovazzjoni, f’pajjiż li jrid jibqa’ miexi ’l quddiem.
//= $special ?>