Lokali

Seafarers Centre: Ċentru li jagħti tama lill-baħħara

Iċ-Ċentru għall-Baħħara li jinsab biswit il-Knisja ta’ Liesse fil-Belt Valletta, matul l-aħħar snin laqa’ fi ħdanu baħħara li spiċċaw f’pajjiżna b’ta’ fuqhom senduqhom.

Uħud minn dawn tant kienu fi stat gravi li kellhom jgħixu hawn għal ġimgħat sempliċiment biex iġemmgħu biżżejjed flus biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn pajjiżhom.

F’dan iċ-ċentru, immexxi minn Monsinjur Joe Borg, saħansitra ġew ospitati persuni li tant għexu l-faqar li baqgħu impressjonati għax fl-aħħar raw kutra, jew xi appliance bażiku għall-kċina Maltija li huma qatt ma raw bħalu.

Iżda ħafna drabi l-Maltin lanqas biss jafu b’dawn is-sitwazzjonijiet.

Riċentament f’pajjiżna kellna wkoll il-każ tal-Hephaestus li nkalja fil-Qawra, bil-baħrin abbord iqattgħu 18-il ġurnata fiċ-Ċentru għall-Baħħara.

Dan iċ-Ċentru jaħdem ukoll mill-qrib mal-International Federation biex jirkupraw ftit mill-pagi dovuti lil dawn il-baħrin.

Iċ-Ċentru tal-Baħħara jitmexxa’ mill-Knisja, taħt ir-responsabbiltà tal-Appostolat tal-Baħar.