Numru ta’ nies qed jilmentaw magħna bil-vjaġġi mhux pjaċevoli li qed ikollhom fuq ta’ tal-linja.
Irċivejna dan il-filmat fejn juri kif kien il-vjaġġ dalgħodu fuq tal-linja li kienet sejra mill-Belt Valletta għall-Bajja tal-Armier, 105. Ilma nieżel fuq fejn ipoġġu l-passiġġieri, u kif ukoll spiċċa mifrux mal-art.
Il-persuna li bgħatet dan il-filmat qalet minħabba t-traffiku, il-vjaġġ dam aktar minn sagħtejn.
