Lokali Qorti

Żagħżugħ jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq akkużi ta’ pussess tad-droga

Żagħżugħ ta’ 18-il sena tressaq b’arrest l-Qorti t’Għawdex fuq akkużi relatati mad-droga.

Il-ġuvni mir-Renju Unit u residenti n-Nadur Għawdex fil-5 t’Awwissu kien instab f’pussess aggravat tad-droga pjanta tal-Kannabis fil-Gżira, Għawdex. Bl-ammont kbir li nstab fuqu, jidher li dan ma kienx għall-użu personali tiegħu, u b’hekk kien affaċjat b’akkużi tat-traffikar tal-istess droga.

Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn ir-reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.

Il-ġuvni deher quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.