Il-Pulizija qed tissorvelja t-taraġ tal-irħam tas-seklu 18, u ssaffar sfafar jekk tilmaħ lil xi ħadd bilqiegħda
Il-Taraġ ta’ Spanja dejjem kien post favorit għat-turisti biex ipoġġu, iżda Ruma trid li l-prattika tieqaf.
L-awtoritajiet f’Ruma ġew akkużati li applikaw miżuri ta ‘”stil faxxist” wara li l-pulizija bdew iwaqqfu lit-turisti milli jistrieħu fuq dan it-taraġ storiku u famuż.
Il-Pulizija bdew jgħassu l-passi tal-irħam tas-seklu 18 nhar it-Tlieta.
Il-monument, sit tal-wirt dinji tal-Unesco, kien il-post ideali għall-mistrieħ għall-viżitaturi għajjenin u għandu attrazzjoni speċjali waqt ix-xemx… Iżda issa n-nies jistgħu jiġu mmultati €250 sempliċement talli joqogħdu bilqegħda fuq waħda mill-136 tarġa li jwasslu sal-knisja tat-Trinità dei Monti, u sa €400 talli jħammġu jew jagħmlu ħsara.

Il-miżura hija fost numru ta’ regoli ġodda mill-awtoritajiet li bdew fil-bidu ta’ Ġunju li għadda, li jinkludu projbizzjoni fuq x’ikel tista’ tiekol viċin dawn il-monumenti, fost oħrajn.
Miżuri simili qegħdin isiru fi Venezja, fejn filfatt f’Lulju, żewġ turisti Ġermaniżi ġew immultati €950 u ntalbu biex jitilqu mill-belt wara li nqabdu jippreparaw kafè fuq it-tarġiet tal-Pont Rialto.
Fatt interessanti hu li l-personalitajiet famużi mhumiex esklużi mir-regoli tal-Italja. Il-mudella Ġermaniża Heidi Klum u r-raġel tagħha weħlu multa ta’ €6,000 għall-għawm fil-Grotta Blu ta’ Capri. Il-koppja, li żżewġet il-gżira nhar is-Sibt, allegatament għaddiet minn dawn l-ilmijiet b’yacht ftit qabel inżul ix-xemx nhar it-Tnejn… In-nies jistgħu jżuru l-grotta bid-dgħajsa, imma l-għawm huwa strettament projbit.
//= $special ?>