Fil-Messikiu, ħallelin armati serqu b’kemm jiswew madwar żewġ miljun dollaru Amerikan f’muniti tad-deheb kommemorattivi minn zekka.
Żewġt irġiel heddu lill gwardjani ta’ fergħa ta’ Casa de Moneda f’Mexico City qabel ma ħatfu 1,500 munita mis-sejf.
Iż-żewġt irġiel imbagħad ħarbu minn fuq il-post fuq muturi qabel ma laħqu waslu l-Pulizija.
Il-muniti tad-deheb magħrufa bħala centenarios imorru lura għall-1921 u kienu saru bħala kommemorazzjoni tal-kisba tal-indipendenza tal-Messiku minn Spanja.
Skont media Messikana, din kienet it-tieni serqa minn Casa de Moneda wara li s-sena l-oħra ħallelin irnexxielhom jidħlu waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet ta’ ristrutturar.
Jidher li fis-serqa li saret ilbieraħ, il-ħallelin daħlu fil-fergħa taz-zekka f’ħin meta is-safe kien miftuħ. Fatt li ħoloq suspett qawwi li xi impjegati setgħu kienu involuti fis-serqa.
//= $special ?>