L-immigranti abbord il-bastiment tal-Open Arms sebħu għas-sitt jum fuq il-baħar, hekk kif sa issa l-ebda port Ewropew mhu jaċċetta lil dawn l-immigranti li ġew salvati l-ġimgħa li għaddiet.
Jirriżulta li abbord hemm 123 persuna, fosthom 32 mara u erbat itfal.
Il-vapur bħalissa għadu wieqaf bejn Lampedusa u Malta.
Fuq Twitter, l-għaqda Open Arms qalet illi donnu l-Ewropa kollha tinsab f’vaganza u ħadd mhu jwieġeb għat-talbiet tagħhom biex jidħlu f’port sigur. “Dan kollu hu tal-mistħija”, qalet l-Open Arms.
