Lokali

Il-Gvern jinjora l-karba tal-kuċċiera… u jbatu ż-żwiemel

It-tinda li suppost tagħti kenn mix-xemx u l-elementi liż-żwiemel li jkunu qed jistennew quddiem Sant Iermu tinsab fi trietaq, u minkejja l-ħafna lmenti u karbiet tal-kuċċiera biex tissewwa, sa issa baqgħet ma ttieħdet l-ebda’ azzjoni.

Wara li l-Gvern ftit tal-jiem ilu nieda avviż legali li jbiddel il-ħinijiet li jistgħu joperaw il-kuċċiera, sabiex iż-żwiemel ma jkunux barra fl-eqqel tax-xemx, madankollu qed jibqa’ jinjora l-fatt li ż-żwiemel mhux qed jingħataw post xieraq fejn jistkennu meta jkunu wieqfa.

Il-kuċċiera ilhom jitolbu lill-Gvern sabiex itejbilhom il-kundizzjonjijiet, fost l-oħrajn billi jipprovdilhom faċilitajiet tal-ilma u drenaġġ sabiex ikunu jistgħu izommu livell diċenti ta’ ndafa u iġjene.

Intant, iż-żwiemel ta’ ħdejn Sant Iermu issa spiċċaw lanqas ftit dell ma għandhom hekk kif it-tinda tagħhom spiċċat għal kollox.