
Qed tinħoloq kontroversja ġdida rigward is-sunbeds fil-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.
Dan qed jilmentawh bosta fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Are You Being Served’ wara li dalgħodu, mara tefgħet post bl-ilmenti tagħha.
“M’għandiex issir diskriminazzjoni fuq minn jieħu sunbed personali jew min jikri sunbed mill-bajja” – qalet din il-mara.
Hi semmiet kif apparti li hija diffiċli issib fejn tipparkja l-karozza… fejn bħal ħafna qed ikollha taħseb kmieni biex tilħaq issib post… issa lanqas biss tista’ tikri sunbed jew tieħu qieħed personali biex toqogħod viċin tal-baħar… Dan wara li l-Gvern ressaqhom lura.
F’din il-post issemma kif din il-mara taqbel li m’għandux ikun hemm sunbeds viċin tal-ilma… pero llmentat li għandha titħalla tpoġġi fejn trid ġaladarba tkun ħadet sunbed jew kriet wieħed… meta waslet fuq il-post qabel oħrajn li spiċċaw fin-naħa ta’ quddiem tal-bajja għax bla sunbed.
Il-kontroversja tkompli …
//= $special ?>