Nirien ħakmu diversi zoni f’Pembroke, inkluż zona qrib ħafna tal-iskola San Miguel.
Għal ħabta tas-2.00pm id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċeviet numru ta’ telefonati dwar nirien f’għelieqi u immedjatament intbagħtu 6 units tat-tifi tan-nar b’madwar 15-il membru tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu biex jitfu n-nirien,
L-ewwel priorità tal-operazzjoni kienet l-evakwazzjoni tal-istudenti tal-iskola San Miguel. Operazzjoni li ntemmet b’wiċċ il-ġid u mingħajr rapporti ta’ persuni li ndarbu.
Intant, il-membri tat-tifi tan-nar għadhom għaddejin jippruvaw jikkontrollaw in-nirien li jidher li ħakmu diversi postijiet, fejn il-ħaxix niexef kompla għen il-firxa tagħhom. L-aktar zona milquta kienet dik magħrufa bħala ta’ St Patricks, qrib l-iskola San Miguel.
Fuq il-post l-operazzjoni qed titmexxa mill-Viċi Direttur tas-CPD Peter Paul Colerio, b’Chief Kevin Pace jikkordina l-ħidma mill-kwartieri tad-Dipartiment.
Fost l-inġenji li qed jintużaw hemm l-akbar Water Carrier li għandu d-Dipartiment u li jesa’ 40,000 litru ilma.
Il-fatt li n-nirien qabdu f’diversi zoni fil-lokalità qanqal suspett li dawn tqabbdu minn xi persuni.
Il-pulizija qed tinvestiga.
//= $special ?>