Problema teknika fis-sistema tal-kompjuters tal-British Airways fissret sigħat ta’ stennija u titjiriet imħassra għal eluf ta’ passiġġieri.
Il-ħsara teknika li żviluppat fis-sistema tal-British Airways kraxxjat l-online check ins tal-passiġġieri u ħolqot kaos għal ħafna li bħalissa qegħdin jivvjaġġjaw.
Il-kumpanija tal-ajru Ingliża skużat ruħha tal-inkonvjent hekk kif il-media soċjali kienet miżgħuda b’ritratti ta’ kjuwijiet twal ta’ nies fl-ajruporti kif ukoll ritratti ta’ messaġġi fuq l-app tal-linja tal-ajru.
Stqarrija uffiċjali tal-British Airways qalet li kienu “qed jesperjenzaw xi problemi fis-sistema” li kienet qed teffettwa ċ-check ins u t-tluq ta’ xi titjiriet kif ukoll irriżultat f’kanċellazjonijiet ta’ x titjiriet oħra minn ajruporti minn Londra.
//= $special ?>