Sport Sport Ieħor

Trump eqreb li jaqbeż lil Ronnie O’Sullivan u jsir in-numru wieħed tad-dinja

(Ritratt: World Snooker)

Judd Trump kompla jersaq lejn iċ-ċans li jaqbeż lil Ronnie O’Sullivan u jsir in-numru wieħed tad-dinja hekk kif għadda għat-tielet rawnd tal-International Championship li qed isir fiċ-Ċina. Trump għamel erba’ breaks ta’ aktar minn 50 fir-rebħa ta’ 6-4 li kellu fuq Scott Donaldson. Iċ-champion tad-dinja jaqbeż lil O’Sullivan jekk jirbaħ dan it-tournament għat-tieni darba fil-karriera.

Intant, Mark Allen kompla jiddefendi t-titlu b’rebħa ta’ 6-1 fuq Mark Davis biex hu wkoll għadda għat-tieni rawnd. Allen għeleb lil Neil Robertson fil-finali tas-sena l-oħra u mal-aħħar 16 jilgħab kontra Ali Carter.

Fost ir-riżultati l-oħra, Shaun Murphy għeleb l-isfida ta’ Yan Bingtao 6-4 filwaqt li l-veteran Graeme Dott rebaħ 6-3 kontra Stuart Bingham. Mark Selby irkupra minn żewġ frames minn taħt biex għeleb lil Ben Woollaston ukoll 6-3. John Higgins temm it-tamiet ta’ Elliot Slessor bi break ta’ 71 fl-aħħar frame wara li Slessor kien naqqas id-distakk għal żewġ frames bi break ta’ 110.

Tags