Diversi residenti ta’ San Luċija jinsabu mħassba dwar id-deċiżjoni li ħa l-Gvern fejn se jinqerdu 500 siġra, jogging track u open air gym biex isir l-underpass f’tal-Barrani.
Kieku l-Gvern sema’ tassew lir-residenti kien jinduna li din il-qerda setgħet tiġi evitata mingħajr ma jkun kompromess il-proġett tal-underpass.
Għamilna żjara sal-lokalità ta’ Santa Luċija fejn diversi residenti urew it-tħassib tagħhom dwar dak li qed jiġri, fosthom dwar it-tqaċċit tas-siġar.
Is-sentiment ewlieni tan-nies li tkellimna magħhom kien li huwa importanti li s-siġar li qegħdin jinqalgħu jiġu trasportati skont kif titlob is-sengħa u jitħawlu f’żoni oħrajn ġewwa Santa Luċija stess.
Filwaqt li ħadd ma jista’ jżomm il-progress, dan m’għandux isir b’detriment għar-residenti ta’ Santa Luċija. U filwaqt li huwa pożittiv li l-ħrug u d-dħul għal Santa Luċija jkun iktar sigur, dan m’għandux iwassal sabiex il-Gvern ikompli jqaċċat iktar siġar b’detriment għall-komunita ta’ Santa Luċija u l-madwar.
Il-Gvern diġa qaċċat is-siġar kollha li kien hemm fil-bidu ta’ Triq l-Avjazzjoni sabiex wessa t-triq, siġar maturi li kienu jagħtu kenn lil kull min jgħaddi minn dik it-triq. Sfortunatament, l-istess xorti misset lis-Siġar maturi li kien hemm fil-joking track hekk kif tidħol ġewwa Santa Luċija u dan sabiex iseħħ il-proġett tal-underpass propost mill-Gvern.
//= $special ?>