Ħabta bejn mutur u karozza fil-Fgura ħalla sewwieq ta’ mutur isofri minn xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar fi Triq Ħaż-Żabbar meta l-karozza, kienet ħierġa minn Triq San Pietru u daħlet ġol-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 45 sena minn Birżebbuġa l-Isptar Mater Dei għal kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti l-Fgura stess.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

