Lokali

Team Start jorganizzaw b’suċċess Clean-Up fil-Qawra

Numru ta’ membri tal-fergħa taż-żgħażagħ Team Start, organizzaw Clean-Up fil-Qawra sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun l-ammont ta’ skart illi qiegħed iniġġes ix-xtut tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Kelliema għal Team Start qalu magħna li matul din l-attività, inġabru xejn inqas minn ħames boroż ta’ skart li kien ser jispiċċa fil-baħar mal-ewwel xita.

Din hija l-ewwel minn sensiela ta’ inizjattivi mill-istess fergħa bil-ħsieb li jiġi protett aktar l-ambjent li jinsab mhedded mill-Gvern Laburista.