Lokali

Tikber il-pressjoni minn naħa tal-FKNK

Ritratt mill-Arkivji

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) fi sqarrija ħabbret li se tkompli taħdem, b’aktar ħeġġa u determinazzjoni u f’għaqda waħda mall-eluf ta’ membri kaċċaturi u nassaba tagħha sakem jerġa jkun permess il-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa u l-insib ta’ l-għasafar tal-għana.

F’dawn il-ġranet l-FKNK kellha laqgħat mal-Gvern filwaqt li aktar laqgħat ma’ awtoritajiet oħra huma ippjanati fil-ġranet li ġejjin. 

F’kull laqgħa, l-FKNK qed toffri l-għajnuna teknika u esperta tagħha u ssostni l-impenn tagħha li mhux ħa tieqaf sakem jerġu jkunu permessi l-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa u l-insib ta’ l-għasafar tal-għana, illum qabel għada.